Categories
Events

College Mass

Categories
Events

School Mass for Year 4 and Year 6

Categories
Uncategorized

Kelmtejn mill-Kap tal-Iskola għall-ewwel term tas-Sena Skolastika 2013-2014

Categories
Events

Parents’ Evening

Categories
Events Uncategorized

Carnival Holidays

Categories
Events

Christmas Outing – Year 4

Categories
Events

Christmas Outing Year 5

Categories
Events

Christmas Outing Year 6

Categories
Uncategorized

Il-Quddiesa tal-Kulleġġ

Il-Quddiesa tal-Kulleġġ

Fuq inizjattiva tal-Prinċipal tagħna, saret quddiesa li fiha ħadu sehem rappreżentanza minn kull skola li għandna fil-kulleġġ: skejjel primarji, sekondarji u speċjali. Għal din il-quddiesa, li saret il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru, 2012 u li saret fir-Rotunda tal-Mosta, ħadu sehem fiha dawn il-kassijiet minn dawn l-iskejjel:

  • Mill-Primarja tal-Mosta A, it-tfal tat-tielet sena;
  • Mill-Primarji Mosta B, Mellieħa, Naxxar, Għargħur u San Pawl il-Baħar, it-tfal tas-sitt sena;
  • Mill-iskejjel sekondarji tas-subien u l-bniet tal-Mosta studenti li qegħdin fl-ewwel sena;
  • L-iskola speċjali tal-Wardija.

B’xi mod jew ieħor, kull skola ħadet sehem f’partijiet differenti tal-quddiesa: talb, qari, offerti u bħala abbatini. Studenti mill-iskola tagħna ħadu sehem ukoll permezz ta’ rappreżentazzjoni waqt it-Talba tal-Missierna. Intużat dik li jgħidulha sign language, lingwa li tintuża’ ma’ persuni neqsin mis-smigħ. L-ilbies ikkulurit għen ukoll biex il-messaġġ joħroġ ċar u tat pjaċir lil kull min kien hemm.

Il-quddiesa ġiet iċċelebrata mill-Arċipriet tal-Mosta:  Dun Albert Buhagiar. Billi konna fix-xahar tar-Rużarju, l-omelija, apparti li ffokat fuq il-bidu tal-iskola, issemmiet ukoll it-talba tar-Rużarju. L-attendenza u l-imġieba kienet tajba ħafna. Ħajr lill- għalliema u LSA’s li għenu biex tkun ċelebrazzjoni li ma fiha ma ddejjaq ħadd.

Categories
Events Uncategorized

Celebration Day

TRIBUTE TO THE 80’S

Din is-sena, it-tfal tas-sitt sena messhom  itellgħu Musical li ħaditna fi snin tmenin, bl-isem ta’ TRIBUTE TO THE 80’S miktub oriġinarjament mill-għalliema tas- sitt sena stess, Ms Rita Mamo.  Dawn is-snin għal xi wħud minna jissejħu s-snin tad-deheb.  Il-mużika kollha li ndaqqet kienet tas-snin tmenin, b’kostumi, kantanti u gruppi li dehru fix-xena mużikali.  Għal min ma kienx mitħla ta’ dawk iż-żminijiet, it-tfal kollha setgħu juru t-talenti tagħhom kemm bir-reċtar u kemm biż-żfin,  biex ifakkruna f’kantanti bħal Cindy Lauper, Michael Jackson, Bryan Adams u  gruppi bħal Starship, kif ukoll imitazzjoni ta’ gruppi famużi oħra  bħad- Duran Duran u Bon Jovi.   Ħadu sehem ‘il fuq minn mitt student u studenta bl-għajnuna kbira tal-għalliema kollha tas-sitt sena, Learning Support Assistants  u anke dawk l-għalliema li jaħdmu fil-qasam tad-drama, mużika u arti.   Morna lura fis-snin tmenin u gawdejniehom bil-mużika stess.

Ms Rita Mamo