About Us

 

L-Iskola Primarja tal-Mosta matul is-snin

1898  

Tinbena l-iskola primarja tal-Mosta; parti ghall-bniet u parti ghas-subien.

1899   Tibda tiffunzjona l-iskola primarja gdida tal-Mosta.
1902   Il-genituri moghtija l-fakulta’ li jaghzlu l-lingwa ghall-ezamijiet: bl-Ingliz biss, bl-Ingliz u bit-Taljan jew bit-Taljan biss.
1913   L-iskola tara l-kungress Ewkaristiku li kien sar fil-Mosta.
1914   Jidhol it-taghlim ta’ l-Ingliz mill-ewwel klassi filwaqt li t-Taljan jidhol fit-tielet klassi.
1915   It-tfal jibdew jidhlu l-iskola meta jkollhom sitt snin
1921   Il-gzejjer Maltin moghtija is-’Self Government’. L-Edukazzjoni saret responsabbilta’ tal-Parlament Malti. L-Ingliz u t-Taljan isiru l-lingwa kulturali u moghtija l-istess importanza. Il-Malti kellu jigi uzat bhala mezz tat-taghlim fil-klassijiet iz-zghar. L-istorja ta’ Malta dahlet bhala suggett fl-iskejjel primarji. Nisa fil-kumitat li kellu jiehu hsieb l-Edukazzjoni fid-distretti.
1929   Jidhol is-servizz mediku fl-iskejjel
1934   Il-Malti mgholli ghall-istatus ta’ lingwa ufficjali tal-Gzejjer Maltin. Jidhol il-”Ward ta’ Qari Malti” ta’ E.B. Vella.
1939-45   L-iskola ssofri l-effetti tat-Tieni Gwerra Dinjija fosthom li ma baqghetx tintuza bhala skola. Minflok, l-iskola kienet intuzat bhala centru ta’ l-ARP (Air Raid Precaution) u Rest Camp ghas-suldati tar-Royal Artillery. L-Oratorju ha post l-iskola bhala centru ghat-taghlim.
1942   L-iskejjel, fosthom ukoll dik tal-Mosta, jinghalqu ghal xi zmien minhabba l-marda tal-paralizi.
1946   Tidhol l-Edukazzjoni Obbligatorja ghat-tfal bejn is-sitta u l-erbatax -il sena.
1948   Jibda x-Xandir ghall-iskejjel primarji.
1956   L-iskejjel isiru b’xejn ghal kulhadd inkluzi l-kotba, pitazzi u l-halib.
1957   Tinbena wing gdida ta’ ghoxrin klassi fl-iskola tal-Mosta. Wara tizdied bitha ohra kbira.
1970   Gie deciz li l-Malti ghandu jkun l-ewwel lingwa li tigi mghallma.
1970   Tibda l-iskola sekondarja ghal kulhadd. Parti mill-iskola primarja tal-Mosta bdiet isservi bhala skola sekondarja. L-ahhar sentejn ta’ l-iskejjel primarji, Standard V u Standard VI, saru Form 1 u 2 ta’ l-iskejjel Sekondarji. Il-klassijiet fl-iskola primarja bdew jissejhu hekk:
 

Stage I Year 1 Standard II Year 4
Stage II Year 2 Standard III Year 5
Standard I Year 3 Standard IV Year 6
1972   Tnehhew l-ezamijiet formali kollha.
1975   Jitwaqqfu l-ewwel centri tal-kindergarten ghat-tfal ta’ erba’ snin.
1976   Jergghu jidhlu l-ezamijet formali u l-istreaming.
1979   Twaqqfet l-Assoccjazzjoni ta’ Genituri Ghalliema fuq bazi volontarja.
1980   Tidhol il-ko-edukazzjoni fl-iskejjel primarji ta’ l-istat.
1981   Jitwaqqfu l-Junior Lyceums.
1986   Jitwaqqfu ufficjalment l-Assocjazzjonijiet tal-Genituri.
1987   Il-Kindergarten isiru ghat-tfal ta’ tliet snin.
1988   L-ghalliema jinghataw status professjonali. Jitwaqqfu l-Kunsilli ta’ l-Iskejjel.
1989   Jidhol il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.
1997   Tizdied parti ohra fil-bini ta’ l-iskola u saret entratura gdida ghall-Iskola Primarja A
1998   L-iskola Primarja B tissemma ghal E.B. Vella.
1998   L-iskola tikkomemora l-gheluq tal-mitt sena mill-ftuh taghha.
2002   L-iskola giet imsebbha billi sar tibdil strutturali bhal perezempju bdil ta’ madum, tqeghid ta’ irham, tibjid b’kuluri addattati kemm ghal barra kif ukoll ghal gewwa, bdil ta’ kmamat tat-tojlits, bdil ta’ apperturi u bdil ta’ bibien ta’ l-injam ma’ dawk ta’ l-aluminju. Dan kollu ta dehra totalment differenti minn skola antika ghal skola addattata ghall-htigijiet tal-lum.