Carnival 2011

Jum Iċ-Ċelebrazzjoni 2011

Onorevoli, Direttur Ġenerali DQSE (Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni), Prinċipal tal-Kulleġġ, Kummissarju tat-tfal, Sur Sindku, Rev. Arċipriet, sħabi Kapijiet tal-iskola, Assistenti Kapijiet, membri tal-Kunsill Skolastiku, membri tal-istaff, Sinjuri, ġenituri, tfal.

Bi pjaċir nilqagħkom ilkoll flimkien dalgħodu biex ingawdu Jum iċ-Ċelebrazzjoni tal-iskola tagħna Primarja B il-Mosta fi ħdan il-Kulleġġ Maria Regina, mumenti li żgur it-tfal mhumiex se jinsew kemm għall-parti tagħhom fir-reċta “Belle u l-Mostru” tal-awtur Trevor Zahra u minn hawn insellimlu u nirringrazzjah talli għoġbu jagħtina l-permess biex nużaw l-iscript tiegħu, u t-tfal li aktar ‘l quddiem se jitilgħu hawn u nippremjawhom għad-diversi ħiliet tagħhom, mhux biss dawk akkademiċi.  Wieħed jista’ jinnota illi magħna għandna t-tfal illi s-sena skolastika li għaddiet kienu fir-raba’ u l-ħames sena filwaqt li ma kienx hemm l-eżami annwali tas-sitt sena f’Ġunju minħabba l-Junior Lyceum u dawn se jiġu ppremjati għall-isforz speċjali li urew u rnexxilhom jiksbu suċċess massimu.  Filwaqt li nieħdu gost naraw marki sbieħ fl-eżamijiet u xieraq li t-tfal nirrikonoxxuhom għall-impenn u l-ħiliet tagħhom fl-eżami dan il-jum ifisser li nkunu aktar konxji tal-iżvilupp ħolistiku ta’ kull student u nippremjaw ukoll ħiliet u abilitajiet oħra li la tkejlu u lanqas jistgħu jitkejlu b’eżami.  Kien għalhekk li għandna numru ta’ premjijiet x’inqassmu aktar ‘l quddiem u wieħed irid ukoll jara l-importanza tas-suġġetti kollha fil-ħajja ta’ kuljum tal-istudent inklużi l-attivitajiet tal-arti, xjenza, mużika u dawk sportivi.  Ta’ min isemmi n-numru ta’ attivitajiet sportivi li norganizzaw għat-tfal kollha fl-iskola kif ukoll dawk organizzati mid-Direttorat bħalma huma l-atletika, l-futsal, r-rugby u l-ġinnastika.

Nixtieq ngħid li din ir-reċta li għadkom kif rajtu, ħadu sehem fiha t-tfal kollha tas-Sitt Sena jiġifieri 131 tifel u tifla u bil-ħidma kollettiva tal-istaff tagħna rnexxilna ntellgħu rappreżentazzjoni ta’ kwalità fuq il-palk bl-għajnuna ta’ diversi membri tal-istaff, kif ukoll taħt id-direzzjoni ta’ waħda mill-għalliema tagħna Ms R Galea u l-impenn volontarju tas-Sur Joe Borg u ta’ dan nirringrazzjahom minn qalbi.  Wieħed jista’ josserva l-limitazzjonijiet tagħna u d-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom, primarjament n-nuqqas ta’ sala jew “premises” għat-taħriġ iżda nixtieq ngħid illi flok qgħadna ngergru rajna kif għamilna biex ntellgħu programm sabiħ, bħal meta għamilna użu minn sala viċin l-iskola biex tellajna l-Kunċert tal-Milied tar-Raba’ Sena.

Nixtieq ngħid grazzi li numru ta’ persuni li jaħdmu f’din l-iskola jiġifieri il-Kulleġġ Maria Regina, Skola Sekondarja Bniet il-Mosta speċjalment il-Kap tal-iskola Ms Grace Cilia tal-għajnuna li tatni biex nużaw din is-sala kif ukoll persuni tekniċi oħra u dan huwa tassew eżempju ta’ networking li jeżisti fil-Kulleġġ tagħna.

Xi ħaġa essenzjali fil-kuntest edukattiv hija li l-iskejjel għandhom bżonn jkomplu jitjiebu u għalhekk isiru ħafna riformi.  Dawn rajtuha riċentament per eżempju t-tneħħija tal-eżami tal-Junior Lyceum u mixed ability classes u differentiated teaching filwaqt li issa t-tfal kollha tal-iskola mis-sena d-dieħla se jattendu fl-istess raħal.  B’hekk nibnu identita’ professjonali immirata lejn adattazjoni u innovazzjoni.  Naraw x’qed jiġri u x’nistgħu nagħmlu u nilqgħu għall-isfidi li niltaqgħu magħhom bħala skola u anki fuq livell nazzjonali.  Naturalment din hi xi ħaġa impenjattiva u tirrikjedi l-involviment tagħna l-istaff tal-iskola, ġenituri u edukaturi oħra sabiex flimkien naraw kif intejbu l-livell ta’ kull tifel u tifla fl-iskola tagħna.

Matul din is-sena skolastika, kif infurmajtkom fin-newsletter ta’ kull term, introduċejna diversi lingwi għat-tfal tagħna, fejn it-tfal tal-ħames sena kellhom lezzjonijiet fit-Taljan u t-tfal tas-sitt sena kellhom il-Franċiż fl-ewwel term u l-Ġermaniż fit-tieni term.  B’hekk ikunu iktar maturi fl-għażla tal-lingwa malli jibdew l-iskola sekondarja.  Fil-fatt għadna kif temmejna l-informazzjoni lilkom il-ġenituri permezz ta’ laqgħa fil-bidu ta’ dan ix-xahar, u din il-ġimgħa stess żdied il-Mużika mal-għażla tas-suġġetti għas-sena d-dieħla.

Nieħdu ħafna gost nipparteċipaw ukoll f’attivitajiet sportivi fejn din is-sena ikkompetejna f’athletics meetings organizzati mill-Kunsill Malti għall-isports kif ukoll nieħdu sehem fi sport ieħor bħal basketball u football filwaqt li bħala Kulleġġ se norganizzaw Sports Day għat-tfal tas-Sitt Sena filwaqt li se norganizzaw attività sportiva għall-Ħames Sena kif ukoll għal tar-Raba’ Sena li fiha se jieħdu sehem tfal mill-Kulleġġ Maria Regina Skola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar.  L-iskop huwa li t-tfal tal-Kulleġġ kollu jintegraw iżjed ma’ xulxin minn età żgħira qabel jaslu fis-Sekondarja.  Eżempju simili ta’ networking diġa għamilnieh mal-Kulleġġ Maria Regina Skola Primarja Għargħur f’attività tax-xjenza.

Matul is-sena norganizzaw diversi attivitajiet edukattivi u kulturali fosthom żjarat fil-katakombi, bliet storiċi, inkella, r-riserva naturali tal-Għadira u s-Simar filwaqt li fil-limitazzjonijiet tagħna norganizzaw diversi laqgħat għat-tfal u l-ġenituri b’temi jew aspetti differenti.  Saret ħarġa annwali titjira fuq ajruplan tal-linja nazzjonali Air Malta fejn fil-vaganzi tal-Milied norganizzaw titjira sa Sqallija flimkien ma’ skejjel oħra.  Esperjenza sabiħa ħafna għat-tfal li ‘l biċċa l-kbira minnhom rikbu l-ajruplan għall-ewwel darba (u llum bi pjaċir nsemmi li għandna preżenti magħna il-Head Charter Sales tal-AirMalta s-Sur Victor Mifsud u l-pilota,) il-Kaptan J Farrugia li normalment jkun il-Kaptan tat-titjira (u) jagħti dettalji u informazzjoni sabiħa lit-tfal matul it-titjira li tieħu siegħa u nofs u anki jagħtihom l-opportunità jidħlu fil-cockpit, u ta’ dan f’isem it-tfal u l-ġenituri nirringrazzjah minn qalbi.

Din is-sena ppruvajna ntejbu l-istil ta’ ħajja għat-tfal wara l-ħin tal-iskola u kien għalhekk illi introduċejna l-‘Youth Empowerment Centre’ fl-iskola tagħna.  Għahekk xi żgħażagħ minn din it-taqsima fissru dan is-servizz b’lezzjonijijet interessanti f’kull klassi u ġew imħajra anki jattendu sessjonijiet fil-Klabb fejn jiltaqgħu regolarment.  Filfatt ġie introdott Spots ‘n’ Stars Club għat-tfal ta’ bejn it-8 u 9 snin li fih anki tingħata għajnuna fil-HW matul l-ewwel nofs siegħa però l-‘Youth Empowerment Centre’ jlaqqa’ wkoll tfal oħra tal-età li għandna fl-iskola u dan juri l-impenn tagħna lejn il-kommunità grazzi għal numru ta’ voluntiera żgħażagħ li għandna fir-raħal tagħna.  Dan il-grupp jaħdem fost iż-żgħażagħ f’isem il-Kunsill Lokali fejn jifrex il-ħidma tiegħu fost it-tfal li ma jdumux ma jsiru żgħażagħ.

Fil-komunità, diversi huma t-tfal li jagħtu servizz u aħna bħala skola ta’ kull sena nipparteċipaw fit-tifkira li ssir ħdejn il-monument f’Ġieh il-Qalbiena Mostin li tkun organizzata mill-Kunsill Lokali.

Lejn l-aħħar tas-Sajf li għadda ngħataw ħames interactive whiteboards mid-Direttorat għall-użu fil-klassijiet tal-ħames sena.  L-għalliema marru għall-korsijiet ta’ taħriġ dwar l-użu ta’ dawn il-bords.  B’dawn il-bords fil-klassi t-tagħlim tat-tfal sar aktar interattiv minn qabel għax it-tfal ikunu jistgħu jaħdmu attivitajiet interattivi mal-għalliema.  Għadhom ukoll kif tqassmu xi Beebots, li huma programmable robots fejn it-tfal jieħdu l-ewwel togħma ta’ programmar fit-teknoloġija u biex inkun semmejt kollox f’dak li għandu x’jaqsam mat-teknoloġija, kull sena ssir esebizzjoni nazzjonali tat-teknoloġija fejn jintwerew xogħlijiet tat-tfal li jkunu ħadmu tul is-sena bl-użu tat-teknoloġija permezz ta’ ritratti u vidjows.

Għal din l-esebizzjoni ser jieħdu sehem ammont sostanzjali ta’ għalliema mill-iskola tagħna.  Dan huwa ta’ inkoraġġiment kemm għall-iskola kif ukoll għall-għalliema.  Nixtieq ngħid prosit lill-għalliema għall-involviment tagħhom fit-tagħlim tat-teknoloġija kif ukoll l-għalliema tal-ICT Ms C Degabriele għall-impenn ħabrieki tagħha fl-iskola tagħna.  Tafu wkoll illi għandna l-website u din tkun aġġornata grazzi għal webmaster li hija Ms N Cauchi, għalliema tas-sitt sena, u fil-fatt dan il-messaġġ tiegħi diġ^ jinsab fil-website tal-iskola.

Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nagħmel ir-ringrazzjamenti tiegħi speċjalment lill-Prinċipal tal-Kulleġġ is-Sur Mario Testa fejn dejjem sibt għajnuna bl-aktar mod effiċjenti u dejjem ħeġġiġna nieħdu sehem f’attivitajiet edukattivi.  Nirringrazzja liż-żewġ Assistenti Kapijiet, is-Sur Vince Mangani u s-Sinjura Catherine Herrera  tal-għajnuna tagħhom fl-amministrazzjoni tal-iskola, l-istaff klerikali Ms M L Pulo u Ms E Sant, l-għalliema u t-tfal kollha tas-sitt sena li ħadmu qatigħ għar-rappreżentazzjoni li rajna dalgħodu, l-istaff akkademiku kollu, l-minor staff li dejjem jieħu ħsieb l-indafa tal-iskola, u l-għalliema peripatetiċi kollha fosthom l-għalliema tal-Mużika Ms Christine Gauci u l-għalliema tal-Arti Ms Anabel Cordina li taw kontribut kbir għall-programm tal-lum.  Nirringrazzja lill-President u l-membri kollha tal-Kunsill Skolastiku għall-kontribut kbir tiegħu lejn l-iskola u li anki sponsorja l-kotba li ser jitqassmu dalwaqt f’din iċ-ċelebrazzjoni u lil kull min għin fis-sound, kostumi, props jew b’xi mod ieħor u mhux l-inqas lilkom ġenituri li għoġobkom tkunu preżenti magħna llum.

Nirringrazzjakom ilkoll.

Kelmtejn mill-Kap tal-Iskola

Kelmtejn mill-Kap tal-Iskola

 Għeżież Ġenituri,

 Insellmilkom u bi pjaċir qed nikkomunika magħkom permezz ta’ din in-newsletter fejn forsi l-ġenituri li għandhom tfal fir-raba’ sena qed jarawha għall-ewwel darba.  Nispera li kulħadd kellu vaganzi sbieħ u ta’ mistrieħ.

Dalwaqt ikolli laqgħa magħkom il-ġenituri ta’ kull Year Group fejn nispjegalkom diversi punti u ntikom informazzjoni dwar l-iskola tagħna u aktar ‘il quddiem nagħtikom l-opportunita’ li tiltaqgħu mal-għalliema tal-klassi li jkellmukom b’mod ġenerali dwar il-klassi tagħhom.  Dettalji jinsabu f’paġna 3 ta’ din in-newsletter.  Wieħed jista’ wkoll isegwi xi attivitajiet ppreparati għall-ewwel term tal-iskola iżda kulħadd għandu jsegwi xi flyers li nagħtu lit-tfal peress li jista’ jkun hemm xi tibdil.

Matul din is-sena se jkollna programm ta’ lezzjonijiet ta’ lingwi barranin (Taljan, Franċiż, Ġermaniż) għall-ogħla klassijiet fil-livell primarju jiġifieri Taljan għat-tfal tal-ħames sena filwaqt li t-tfal tas-sitt sena se jkollhom kemm Franċiż kif ukoll Ġermaniż.  Wieħed jiftakar x’entużjażmu kellhom it-tfal tal-ħames sena matul is-sena skolastika li għaddiet u kemm ħadu pjaċir bil-lezzjonijiet ta’ kultura Taljana.  L-għan ta’ dawn il-lezzjonijiet huwa li jesponu t-tfal għad-diversita’ tal-lingwa u kultura minn kmieni kemm jista’ jkun, irawmu fihom imħabba lejn lingwi barranin u jservuhom ta’ introduzzjoni għat-tagħlim formali tal-lingwi fil-livell sekondarju. 

Għalhekk matul l-ewwel term ta’ din is-sena skolastika t-tfal se jkollhom Taljan (il-ħames klassi) u Franċiż (is-sitt klassi) filwaqt li l-lezzjonijiet tal-Ġermaniż (is-sitt klassi) isiru fit-tieni term.

Bħalma tafu din is-sena m’hemmx iktar l-eżami tal-Junior Lyceum fl-aħħar tas-sitt sena iżda t-tfal tagħna kollha jkollhom eżamijiet ta’ nofs is-sena kif ukoll annwali.  Dan ifisser li għal numru ta’ tfal, dawk tar-raba’ sena se jagħmlu eżamijiet formali fil-ħames suġġetti prinċipali għall-ewwel darba, filwaqt li dawk tas-sitt sena, l-istess bħall-ħames sena, se jkollhom eżamijiet kemm fi Frar kif ukoll f’Ġunju.

Il-motto tal-iskola hu ‘Learning, Understanding, Attaining’ u nista’ ngħid illi l-istaff akkademiku kollu hu motivat u ħabrieki biex kull student fl-iskola tagħna jiżviluppa l-ħiliet u l-abbiltajiet tiegħu sal-massimu, u għalhekk ir-riżultati li kellna f’Mejju li għadda kien pożittiv ħafna, fejn fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum attendew għall-eżami 106 student u għaddew 85 tifel u tifla, jiġifieri kellna persentaġġ ta’ aktar minn 80% fejn juri li huwa ferm ogħla mill-medja nazzjonali.

Fl-ewwel jum tal-iskola tajnikom diversi formoli biex timlew u tgħadduhomna mal-għalliema tal-klassi u dawn huma mportanti ħafna sabiex ikollna dettalji eżatti ta’ kulħadd, kif ukoll it-tfal tar-raba’ sena tajnikom regoli ta’ dixxiplina.  Tajjeb li kulħadd isegwihom tajjeb u jekk xi ħadd għadu m’għaddilnix xi informazzjoni, tgħadduha mill-aktar fis possibli.  Ta’ min ukoll isemmi il-“College Handbook”  li dalwaqt jingħata kopja tiegħu lil kull ġenitur u fil-qosor jiġbor ħafna punti għat-tfal, l-għalliema u l-ġenituri dwar l-iskola u l-edukazzjoni.  Ta’ min isemmi li hemm imħejjija diversi żjarat minn personalitajiet importanti, fl-iskola tagħna għal matul is-sena, fosthom dik tal-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta, P. Pawl Cremona, fil-21 t’Ottubru 2010.

Jiena nawgura sena skolastika tajba lil kull tifel u tifla fl-iskola tagħna, fejn kulħadd jiżviluppa t-talenti u l-kapaċitajiet tiegħu u jkollkom sodisfazzjon b’dak kollu li jagħmlu u suċċess fl-edukazzjoni tagħhom.

Tislijiet

Edwin Debono

Kap ta’ l-iskola

From Belmont University Basketball Team: Attention Year 6 students

Dear Year 6 students,

You have been sent a postcard from the Basketball Team. You are kindly requested to pick up your postcard from the following address:

Centru L-Isperanza

50, Triq il-Wied

Mosta.

You can go to that address on Monday, Wednesday or Friday from 10:00 a.m. to 1:00 p.m., or on Tuesday or Thursday between 8:30 a.m. and  10:30 a.m

You can also send an e-mail on: info@centrulisperanza.org for more information or to arrange a time to get the postcard.

Thank you.

Sicily 12th June 2010

EMBED awards

Mr.A. Zammit (Year 5 teacher) and Ms. E. Bugeja (Year 6 teacher) at Maria Regina College Mosta Primary B attended the Embed/E-twinning award giving ceremony held on 24th May 2010 at Grand Hotel Excelsior, Floriana where an exhibition organised by all college ICT teachers was organised.

Our school is proud to announce Mr. Zammit’s entry as the winner for Best Use of ICT and Ms. E. Bugeja for its e-twinning project. Well done for the teachers and the respective classes for their participation! It is a pleasure for our school to be on the winning side considering that 2 awards were given to our college and only 5 were awarded to primary schools.

From Belmont University USA… to our school

3 days visit from Belmont University Basketball Team at

Mosta Primary ‘b’.

 

Between the 19th and 21st May the school was the proud host of the Belmont University Basketball team for a cultural and sports exchange. 

In a well organised event, a mixed selection of 6 boys and 5 girls attended our school and demonstrated their basketball skills to all the students. They had a 90 minute session with all the students who participated actively in drills and games of basketball and baseball. This was a huge opportunity for our children and their holistic development because apart from learning new sport skills, they had the opportunity to engage in English conversations with these fellow American students. Our students learnt about what constitutes the United States and their way of living whilst the Americans learnt a lot about the Maltese Islands from our students. 

This American team was under the diligent guidance of Ms. Betty Wiseman who is well known and respected in the USA especially in Tennessee which is the state of Belmont University. She was very clear in preaching out messages to our children about good sportsmanship, good lifestyle choices, and why sport is important for a healthy lifestyle. She spoke a lot about respect; respecting ourselves and others, playing to win but always respecting our opponents. She emphasised the fact that even though we are all different we are all humans and thus we should all get along together and love each other irrespective of language or colour.

Our students listened to these messages very attentively. It was a valuable experience to them. It was very nice to see that our students and their American counterparts managed to build a friendly rapport immediately. This was clearly seen by the amounts of hand made souvenirs the Americans received from our students. The university students were surely struck by the enthusiasm our young children showed. It was a thorough fruitful experience to all.

This visit would not have been possible without the help of Mr. Earl Pinkston who acted as a liaison between our school and the American university. Thanks should also go to Mr. Debono our Head of School who supported the idea of this visit and gave us all his support.

Mr. Adrian Azzopardi (pe teacher.)

Kelmtejn mill-Kap tal-Iskola – It-Tielet Term

Għeżież Ġenituri,

 Filwaqt li nispera li t-tfal kellhom vaganzi sbieħ u ta’ mistrieħ matul l-Għid, issa wasalna fit-tielet u l-aħħar term ta’ din is-sena skolastika u li fiha kellna diversi attivitajiet għat-tfal kif ukoll għalikom il-ġenituri.  Kull meta stedinna persuni professjonali biex jitkellmu fuq diversi suġġetti ta’ interess għal uliedkom dejjem kellna attendenza tajba.

F’dan it-term se jkollna Jum iċ-Ċelebrazzjoni fejn jiġu ppremjati numru ta’ studenti li ddistingwew ruħhom fil-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom.  Ta’ min isemmi ukoll li nagħtu tislima speċjali lit-tfal tal-Year 6 kollha peress li din hija l-aħħar sena tagħhom fl-iskola primarja magħna.  Aħna ‘l quddiem beħsiebna nippreparaw programm speċjali għalihom filwaqt li nawguralhom li jmorru tajjeb fl-eżami tal-Junior Lyceum.  Għandna numru ta’ subien fil-Yr 6 li se jagħmlu l-eżami tal-Common Entrance u għalhekk dawn nagħtihom permess biex matul il-ġranet tal-eżamijiet (10 – 13 ta’ Mejju) jispiċċaw f’nofsinhar biex jippreparaw tajjeb u jkunu mistrieħa qabel imorru għall-eżamijiet.

L-eżami tad-dħul fil-Junior Lyceum din is-sena hu l-aħħar wieħed filwaqt li bidla kbira fis-sistema edukattiva hija li mis-sena d-dieħla 2010/2011 mhux se jkun hemm streaming f’ebda year group, bħalma kellna din is-sena fil-Year 5.  Min-naħa amministrattiva tal-iskola, aħna nsegwu linji gwida kif it-tfal jiġu kklassifikati u jittieħdu diversi fatturi inkonsiderazzjoni.

Pero’ meta xi ħadd ikollu diffikulta’ għandu dejjem jitlob appuntament biex jiċċara dak li jkollu bżonn għas-sena d-dieħla u  definittivament  jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Rigward Jum l-Omm, il-membri ġenituri tal-kunsill skolastiku qed jieħdu ħsieb attivita’ apposta  li  tinkludi  quddiesa  u  buffet  breakfast  u  hawn  nixtieq ngħidilhom prosit u grazzi tax-xogħol kollu li jwettqu matul is-sena kollha fosthom, l-impenn kostanti fil-librerija tal-iskola.

Tafu li kienet sena fejn kellna diffikultajiet minħabba direttivi tal-unions li xekklu l-andament ta’ xi attivitajiet.  Kulħadd jixtieq li jkun hemm ftehim iżda tafu li fejn jidħol  it-tagħlim  u  l-ġid tat-tfal, dan  ingħata  l-ewwel  priorita’ u kull membru tal-istaff ta l-massimu tiegħu.

Nixtieq insemmi l-koperazzjoni li sibt mingħandkom waqt Jum il-Ġenituri li sar fi Frar fejn, għalkemm konna għadna bid-direttivi li jolqtu lill-għalliema, xorta waħda tajnikom il-marki tal-eżamijiet.  Nixtieq ngħid illi f’riżultati uffiċċjali, nirrimarka wkoll li xi tfal ikunu ingħataw arranġamenti speċifiċi kif stipulati minn entitajiet edukattivi u professjonali.

Matul Jum il-Ġenituri fi Frar organizzajna Book Fair fl-iskola u nixtieq  ngħid li l-qligħ li jsir minn din l-attivita’ jmur f’kotba bl-Ingliż li l-għalliema jużaw fil-klassi filwaqt li diġa xtrajna numru ta’ kotba bil-Malti li jinsabu fil-librerija.  Il-qari u l-English Day ta’ kull nhar ta’ Ħamis jgħinu lit-tfal itejbu l-livell tal-Ingliż. Attivita’ interessanti hija l-World Book Day fit-23 t’April fejn fl-iskola  se  nistiednu  fost  oħrajn lil Mary Ann Tabone biex tkellem lit-tfal speċjalment dwar żewġ kotba tagħha bil-Malti u nagħmlu kompetizzjoni għat-tfal dwar il-kotba.

Nixtieq insemmi l-importanza tal-isports għall-iżvilupp ħolistiku ta’ kull tifel u tifla filwaqt li aħna ngħallmuhom ħafna fuq ikel bnin u s-saħħa tagħhom kull meta jkollhom lezzjonijiet tal-Home Economics.  Aktar tard f’April nagħmlu Pizza Day b’ingredjenti bħal ġobon, tadam u żebbuġ filwaqt li nfakkar lil kulħadd biex f’birthdays ma ġġibux kejkijiet bi krema, ġelu, ċikkulata jew prodotti oħra ta’ zokkor li mhux tajbin għas-saħħa.  F’Ġunju nistgħu nagħmlu Fruit Day.

F’dan it-term nibdew naħsbu għall-eżamijiet tal-Junior Lyceum għall-Year 6 f’Mejju u Annwali għal Yr 4 u  Yr 5, u mhux se jkollna lezzjonijiet ta’ kultura fit-Taljan li t-tfal tant għoġbuhom u laqgħu b’entusjażmu. Aħna nisperaw illi s-sena d-dieħla jerġa’ jkollna opportunitajiet sbieħ bħalhom.

Tislijiet

Edwin Debono

Kap ta l-iskola

Kelmtejn mill-Kap tal-Iskola – It-Tieni Term

Għeżież Ġenituri,

Għadna kif bdejna t-tieni term tas-sena skolastika u l-ewwelnett nixtiqilkom ilkoll sena mimlija paċi, hena u sliem.  Nispera li l-vaganzi tal-Milied kienu jiem ta’ mistrieħ għat-tfal kif ukoll ta’ xi ftit studju u qari.  F’dan it-term ikollna l-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena fi Frar, u għalhekk il-preparazzjoni trid tibda minn qabel.  Se jkunu karti tal-eżamijiet fuq bażi tal-Kulleġġ tagħna Maria Regina u fil-ħames suġġetti kollha, jiġifieri l-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, ir-Reliġjon u l-Istudji Soċjali, u dan japplika għal-Year 4 u Year 5 filwaqt li l-Year 6 jagħmlu l-eżami Annwali, kif issettjat mid-Direttorat tal-Edukazzjoni.  Ta’ min jirrimarka illi l-eżami tal-Istudji Soċjali (Yr 6) fil-Junior Lyceum u l-Common Entrance Examination ta’ Mejju, issa tneħħa uffiċċjalment filwaqt illi din hija l-aħħar sena li se jsiru l-eżamijiet.

Ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu jinkludu diversi laqgħat importanti għat-tfal filwaqt li dettalji ta’ xi attivitajiet għalikom il-ġenituri jingħataw aktar ‘l quddiem.  Ta’ min isemmi l-Parents’ Day li se ssir il-Ġimgħa 26 ta’ Frar, flimkien mal-Iskola Primarja A tal-Mosta, u dik il-ġimgħa stess norganizzaw Book Fair.

Ta’ min isemmi l-għajnuna kbira li intom il-ġenituri tajtuna fl-ewwel term tal-iskola meta sponsorjajtu kotba tal-qari bil-Malti u bi pjaċir ngħid li għandna erba’ settijiet  ta’  kotba  ta’  Classic  Readers  bil-Malti  biex  jintużaw  mill-għalliema fil-klassi, kif ukoll permezz tal-ħidma tal-Kunsill Skolastiku, żidna aktar kotba għal-librerija u wkoll, wara li ddiskutejna u rajna diversi skemi ta’ kotba ta’ qari bl-Ingliż, iddeċidejna li nixtru l-Oxford Reading Tree għall-iskola kollha.

Din hija l-istess sistema li t-tfal raw u użaw fl-ewwel snin tal-Primarja u definittivament hija l-aħjar waħda għat-tfal tagħna, u li se tikkomplimenta l-iskema tal-Ladybird li għandna.  Ta’ dan kollu nixtieq ngħid prosit u grazzi kbira lilkom li xtrajtu jew tajtu l-kotba għall-iskola kif ukoll lill-ġenituri tal-Kunsill għall-ħidma tagħhom, kif ukoll membri tal-istaff li taw l-għajnuna  tagħhom matul il-Book Fair.  Ta’ min jgħid li l-iskema tikkonsisti f’diversi kotba, fiction u non-fiction u żgur li ‘l quddiem inkomplu nżidu aktar settijiet ma’ dawk li diġa’ għandna ħalli jkollna aktar varjeta’ ta’ suġġetti.

Bħalma kellna fl-ewwel term, se norganizzaw xi ħarġiet edukattivi u sportivi.  Tafu li ħadt ħsieb ħarġa ħafna differenti minn tas-soltu fejn kellna titjira mal-Air Malta li għaliha kellna rispons qawwi u l-postijiet kienu limitati għalkemm konna l-iżjed skola li ħadna tfal fuq l-ajruplan.  Naħseb li  kienet esperjenza sabiħa ħafna għal dawk li marru u nittama li fil-futur qarib ikollna okkażjonijiet simili.

Naħseb li tafu wkoll li fl-iskola filgħodu nagħmlu special assemblies kif ukoll kważi kull xahar tlitt itfal minn kull klassi jingħataw ċertifikat fejn ikunu ddistingwew ruħhom għall-imġieba tajba jew għas-servizz mogħti lill-iskola jew għall-impenn.  Għalhekk nenfasizza fuq l-edukazzjoni ħolistika li kull student għandu jirċievi matul il-ħajja skolastika.

Ikun meħtieġ li minn żmien ghal żmien naġġornawkom b’xi dettalji ta’ attivitijiet skolastiċi, u l-importanti dejjem li taqraw u ssegwu flyers li nibagħtulkom id-dar mat-tfal. 

Tislijiet

Edwin Debono

Kap tal-Iskola

An Inter-College Educational Outing

Wednesday 6th January 2010, was the highlight of the Christmas holidays for a good number of children attending State Schools from four colleges, namely Maria Regina College, St Clare College, St Gorg Preca College and St Nicholas College.  An Air Malta flight to Sicily, organised by Mr Mario Schembri, Assistant Head at San Gwann Primary B, was gladly attended by students from the primary schools of Mosta B, San Gwann B, Floriana C and Dingli C respectively.

 airmalta 45

Over a hundred and fifty pupils, accompanied by members of the school staff and parents, boarded an Air Malta plane, A320, for a flight over the island of Sicily and towards the southern side of Italy and the islands of Stromboli.  It was really an enjoyable one-and-a-half-hour flight operated by Capt. Joe Farrugia who gave an excellent commentary to the children and even invited everyone to view the cockpit.

It was a memorable experience for most children, boarding an aeroplane for the first time; check-in procedures, putting on seatbelts, experiencing high-speed during take-off, viewing the Maltese Islands from above, observing the snow-capped active volcanoes of Mt Etna and Stromboli and the landing on the runway.

 airmalta 53

I am sure this Christmas holiday will be a day to remember, thanks to the excellent organisation of Mr Mario Schembri whose precise preparation, assisted by his colleague, Assistant Head, Ms Carmen Muscat, made all the procedures unfold like clock-work.

Another heartfelt ‘thank-you’ goes to all the Air Malta Staff, whose courtesy and child-minding skills are to be commended, and to the Heads of all the Schools involved, without whose participation, it would not have been possible to muster sufficient attendance to charter this flight.

We all look forward to more of this kind of educational tours.

E. Debono

Maria Regina College

Mosta Primary B